Saturday, December 21, 2024

Il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta jitilgħu għal 101 wara li titħabbar il-mewt ta’ tliet anzjani

Aqra wkoll

Il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta tela’ għal 101 hekk kif il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li llum mietu tliet anzjani kaġun tal-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Facility.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 79 sena, li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li offra l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani appella lil kulħadd biex jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri.

Ekonomija

Sport