Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 75 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fit-3 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, 4 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ mal-lejl.
Huwa kien jbati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan u jappella biex kulħadd isegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra kullimkien, id-distanza soċjali u l-ħasil tal-idejn.Attachments area