Sunday, November 24, 2024

Il-vittmi tal-għargħar fiċ-Ċina jaqbżu t-300

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ mwiet konsegwenza tal-għarar li x-xahar li għadda ħakem il-provinċja ta’ Henan fiċ-Ċina, issa tela’ għal aktar minn 300. Il-maġġoranza tal-imwiet ġew irrappurtati fil-belt ta’ Zhengzhou.

Barra minn hekk, madwar 50 persuna oħra għadhom irrappurtati nieqsa wara li r-reġjun inħakem minn għarar qawwi kkawżat minn xita qawwija. Kważi 13-il miljun persuna ġew affettwati u saru ħsarat f’madwar 9,000 dar.

Matul il-ġurnata tat-Tnejn, is-Sindku ta’ Zhengzhou, Hou Hong, ikkonferma l-ammont ta’ persuni mejta f’konferenza tal-aħbarijiet, u qal lill-ġurnalisti li 39 persuna nstabu mejta f’parkeġġi taħt l-art.

Is-Sindku żiedet tgħid li 14-il persuna oħra tilfu ħajjithom wara li l-ilma kien għarraq “il-linja 5” tas-sistema tas-subway f’din il-belt. Filmati li ċċirkolaw fuq il-mezzi soċjali minn vaguni tal-ferrovija wrew lin-nies jagħmlu li jistgħu biex iżommu rashom ‘il fuq mill-ilma. 

L-awtoritajiet tal-pajjiż sejħu l-għarar bħala avveniment li jseħħ “darba kull 100 sena”.

Sport