Il-ħames passiġġieri abbord it-Titan, is-sottomarin li tilef kull tip ta’ komunikazzjoni fit-18 ta’ Ġunju li għadda u li eventwalment l-istorja tiegħu spiċċat bi traġedja, kienu ġa konxji mid-destin tagħhom sa minn qabel ma imploda s-sottomarin.
Dan qalu l-espert Spanjol tas-sottomarini, José Luis Martín. Huwa kompla jgħid li t-Titan intilef f’madwar 3,000 pied fond minħabba l-bidla mgħaġġla fil-pressjoni, u ssuġġerixxa li l-‘freefall’ kienet se ddum bejn 48 u 71 sekonda.
Il-ħames passiġġieri li tilfu ħajjithom f’din it-traġedja huma: Hamish Harding, Shahzada Dawood u ibnu Suleman, l-esploratur Franċiż Paul-Henri Nargeole, u l-Kap Eżekuttiv ta’ OceanGate Stockton Rush.