Thursday, April 10, 2025

Il-Viżjoni Malta 2050 ser tinbena fuq erba’ pilastri ewlenin

Aqra wkoll

Tkabbir Ekonomiku Sostenibbli, fejn Malta tkompli tirreġistra medja ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 5% fis-sena bejn issa u l-2035, liema tkabbir isir b’pass aktar sostenibbli u xprunat mill-oqsma tas-servizzi finanzjarji, is-settur diġitali, l-innovazzjoni u r-riċerka, manifattura ta’ livell għoli, turiżmu ta’ kwalità, il-qasam tal-iGaming, u oqsma oħra marbuta mal-avjazzjoni u l-marittimu, fost oħrajn.

Servizzi Aċċessibbli u biċ-Ċittadin fiċ-Ċentru, sabiex naċċertaw li l-esperjenza ta’ kull persuna f’pajjiżna tkun waħda ta’ kwalità, inklussiva, b’servizzi soċjali mill-aqwa, inkluż housing affordabbli, komunitajiet vibranti, u b’servizzi tal-aqwa kwalità, partikolarment dawk relatati mas-saħħa u l-mobbiltà, xprunati minn teknoloġija avvanzata u diġitalizzazjoni.

Pajjiż aktar reżiljenti u b’sistema ta’ Edukazzjoni Moderna, sabiex nassiguraw li pajjiżna, minkejja ċ-ċokon u r-realtajiet ġeo-fiżiċi tiegħu, inaqqas kemm jista’ jkun il-vulnerabbilità eċċessiva kkawżata minn dipendenza barranija, partikolarment f’oqsma strateġiċi u ta’ importanza nazzjonali bħall-enerġija, l-ilma, l-ikel u l-ħaddiema. Kritiku f’dan kollu hu li nassiguraw li jibqa’ ikollna sistema ta’ edukazzjoni mill-aqwa u innovattiva, li tħares ’il quddiem u li tkun allenjata mal-miri u l-bżonnijiet ta’ pajjiżna. Fuq dan kollu rridu nassiguraw li pajjiżna jkun ukoll wieħed reżiljenti u adattabbli għat-tibdil fil-klima

Użu Intelligenti tal-Art u tal-Baħar, sabiex nassiguraw ippjanar effiċjenti u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali ta’ pajjiżna b’mod li jkollna bilanċ ekoloġiku tajjeb. Hawnhekk jispikkaw il-bżonn ta’ ippjanar urban aktar effiċjenti, li pajjiżna igawdi minn aktar spazji ħodor u miftuħa, u li nħarsu flimkien lejn proġetti fuq reklamazzjoni tal-art bħal ma qed isir preżentament ġewwa l-Freeport

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport