Saturday, November 16, 2024

Il-Vjetnam jagħlaq belt għat-turisti wara li jfeġġu erba’ każi ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Il-Vjetnam għalaq il-belt kostali ta’ Da Nang wara li feġġew erba’ każi ġodda ta’ infezzjonijiet trasmessi lokalment. Dawn il-każi kienu l-ewwel li ġew rapportati minn April li għadda.

Turisti ma jistgħux jidħlu fil-belt għal ġimagħtejn sħaħ, u mat-80,000 viżitatur, fil-biċċa l-kbira tagħhom domestiċi, se jkunu qed jintbagħtu lura d-dar.

Il-Vjetnam kien imfaħħar bħala storja ta’ suċċess għall-mod kif ikkontrollaw il-pandemija wara li aġixxew kmieni biex jagħlqu l-fruntieri u jinforzaaw kwarantina u jdaħħlu fis-seħħ proċess ta’ contact tracing.

S’issa l-pajjiż irreġistra ftit aktar minn 400 każ, bl-ebda persuna ma tmut kaġun tal-Covid-19.

Madankollu kważi 100 jum wara l-aħħar każ trasmess lokalment, erba’ każi ġodda feġġew f’Da Nang, belt kostali popolari fost it-turiżmu domestiku.

Il-Prim Ministru Nguyen Xuan Phuc illum ordna lir-residenti kollha ta’ Da Nang biex jerġgħu jibdew josservaw il-miżuri ta’ social distancing u jagħlqu s-servizzi kollha mhux essenzjali.

Huwa qal li r-rispons għandu jkun deċiżiv madankollu qal li s’issa mhux se jkun qed jordna lockdown totali tal-belt.

Ekonomija

Sport