Saturday, November 16, 2024

“Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana li seħħet nhar l-5 ta’ Diċembru tal-1986, iċ-Chairperson ta’ ADPD, poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Caruana fil-Gudja.

Carmel Cacopardo qal: “Il-ġrajja li qed infakkru illum hi mportanti li nibqgħu nżommuha quddiem għajnejna. 34 sena ilu ġiet mormija ħajja ta’ żagħżugħ f’mumenti ta’ tensjoni politika kbira. Għal waqtiet rebħet il-vjolenza. It-tifkira ta’ Raymond Caruana illum hi ċaħda tal-vjolenza mhux biss fil-ħajja politika imma fl-oqsma kollha tal-ħajja. Inżommu f’moħħna li d-djalogu u d-diskussjoni għandhom ikunu u jibqgħu l-pern tal-proċess demokratiku. Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.”

Ekonomija

Sport