Il-Covid Wage Supplement se jiġi estiż għax-xahar ta’ Marzu. Ħabbret dan il-Ministru għall-Enerġija, l-intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli fejn saħqet li permezz ta’ din l-għajnuna, il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla u appoġġ għan-negozji tagħna.
Minn meta faqqgħet il-pandemija sal-aħħar ta’ Diċembru 2021, il-Gvern investa xejn inqas minn €653 miljun f’wage supplement biex assista 17,000 negozju u iktar minn 105,000 impjegat.
Il-Wage Supplement kien estiż ukoll għal Jannar u Frar ta’ din is-sena u issa mistenni jkun estiż ukoll għax-xahar ta’ Marzu bl-istess format għall-kumpaniji kollha li qed jeħduh bħalissa.