Friday, April 10, 2026

“Il-waqfien mill-ġlied ma jfissirx li l-Gwerra fl-Iran spiċċat”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu ma jidhirx li huwa lest li jaċċetta ftehim ta’ paċi mal-Iran. Ftit sigħat wara li Trump ħabbar waqfien mill-ġlied u l-ftuħ mill-ġdid tal-Istrett ta’ Ħormuż, Netanyahu indirizza lin-nazzjon tiegħu bil-Lhudi fejn insista li l-waqfien mill-ġlied ma jfissirx li l-Gwerra mal-Iran spiċċat u ddikjara li, “jekk hemm bżonn Iżrael jerġa’ bl-attakki tiegħu”.

Żied li huma ppreparati u armati f’kull ħin u f’kull mument. L-Oppożizzjoni Iżraelita, li fil-bidu kienet ukoll favur din il-Gwerra, issa qiegħda tikkritika lil Netanyahu għar-rwol irrelevanti tiegħu fost u t-tul ta’ żmien li qiegħed jieħu biex jitkellem pubblikament.

F’għajta għar-riżenja tiegħu Netanyahu qiegħed jinsisti li Iżrael “qiegħed fuq in-naħa r-rebbieħa”. F’dan id-diskors Netanyahu instiga lill-poplu tiegħu biex jiftakar li kellhom iqattgħu 40 jum fix-xelters “biex sempliċiment tinfetaħ rotta marittima li dejjem kienet miftuħa”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport