Saturday, December 21, 2024

Il-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u l-bidla għad-dinja moderna

Aqra wkoll

Huma ħafna l-ġrajjiet kbar li jiġru madwar- na u li jibqgħu mnaqqxa għal dejjem fl-istorja tad-dinja. Waħda mill-ikbar ġrajjiet li ġabu bidla fid-dinja, żgur li hi dik li ġrat fl-1989 meta waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin.

Filwaqt li dan il-ħajt waqa’ parzjalment minħabba inċident burokratiku, madankollu ġara fost sensiela ta’ rivoluzzjonijiet li wasslu lill-qawwa komunista Sovjetika lejn xifer il-kollass u b’hekk għal bidla kbira dinjija.

Kif waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin

Kien fid-9 ta’ Novembru, ħamest ijiem wara li nofs miljun persuna nġabru f’Berlin tal-Lvant biex jipprotestaw, li l-Ħajt ta’ Berlin waqaf milli jkompli jifred il-Ġermanja tal- Lvant minn dik tal-Punent.

Il-mexxejja tal-Ġermanja tal-Lvant kienu pprovaw jikkalmaw il-protesti billi jillaxkaw il-fruntieri u jagħmluha aktar faċli għall-Ġermaniżi tal-Lvant biex jivvjaġġaw. Madankollu, ma kellhomx l- intenzjoni li jiftħu l-fruntiera kompletament. Fil-fatt, jidher li l-bidliet li kellhom isiru kienu pjuttost żgħar, iżda l-mod kif twasslu kkaġunaw konsegwenzi kbar.

In-noti dwar ir-regoli l-ġodda kienu ngħataw lill-kelliema Günter Schabowski li ma kel- lux ħin biex jaqrahom qabel ma għamel il-konferenza tal- aħbarijiet bħas-soltu. Meta qara n-nota għall-ewwel darba qud- diem il-midja dawn bagqħu mistgħaġbin.

Hu qal li seta’ jsir ivvjaġġar privat barra l-pajjiż mingħajr ebda pre-rekwiżit. Il-ġurnalisti li kienu sorpriżi bl-aħbar talbu aktar dettalji u Schabowski qal li safejn jaf hu din il-miżura kienet fis-seħħ immedjatament.

Fil-fatt, jidher li kienet ippjanata li tibda l-ġurnata ta’ wara u kien hemm id-dettalji dwar kif tapplika għal visa. Iżda din l-aħbar ġriet minn fuq it-televiżjoni għal fost in-nies. Il-Ġermaniżi tal-Lvant irħewlha lejn il-fruntiera bil-gzuz.

Gwardjan tal-fruntiera, li aktar tard fiż-żmien kien tkel- lem mal-midja dwar dak li seħħ dakinhar, kien qal li wara l-konferenza tal-aħbarijiet hu kien konfuż u beda jara lill- folla ġejja. Hu sejjaħ lis-su- perjuri tiegħu, iżda dawn ma taw ebda struzzjonijiet dwar jekk jiftħux ir-rixtellu jew in- kella jisparaw fuq il-folla.

Barra minn hekk, kien hemm biss ftit gwardji biex jużaw is-saħħa kontra dawk il-mijiet kollha ta’ ċittadini rrabjati. Kien hawn li dan il-gward- jan ta l-ordni li jiftħu l-fruntiera. Eluf għaddew, filwaqt li bdew jibku u jiċċelebraw.

Dawn ix- xeni bdew jinxterdu mad-dinja kollha, hekk kif ħafna bdew jitilgħu mal-ħajt tar-rixtellu ta’ Brandenburg, filwaqt li bdew ikissru l-ħajt bl-imrietel u l- bqaqen. Kien il-qofol ta’ sena mimlija turbolenza.

Għaliex twaqqa’ l-Ħajt ta’ Berlin?

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-Ewropa ġiet maqsuma mill-Unjoni Sovjetika u l-alleati li kellha fil-Punent, u b’hekk inbniet “purtiera tal-ħadid” li tifred lil-Lvant mill-Punent.

Il-Ġermanja li ġiet megħluba nqasmet mill-qawwiet li ħadu l-kontroll tagħha, jiġifiri mill-Istati Uniti, mir-Renju Unit, minn Franza u mill-Un- joni Sovjetika. Il-parti tal-Lvant kienet okkupata mill-Unjoni Sovjetika u saret magħrufa bħala r-Repubblika Demokra- tika Ġermaniża.

Min-naħa l-oħra, Berlin kie- net maqsuma f’erba’ biċċiet bejn l-Ingliżi, il-Franċiżi, l-Amerikani u anke biċċa tas- Sovjetiċi. Il-ħajt inbena fl-1961 peress li mil-Lvant ta’ Berlin bdew jaħarbu n-nies lejn il- Punent.

Sas-Snin Tmenin, l-Unjo- ni Sovjetika kellha problemi ekonomiċi kbar u nuqqas ta’ ikel. Meta r-reattur nukleari ta’ Chrnobyl sploda f’April tal- 1986 dan kien mument simbo- liku tal-kollass tal-komuniżmu.

Imbagħad il-mexxej żagħ- żugħ Mikhail Gorbachev li kien ħa t-tmexxija fl-1985 daħħal riformi ta’ ftuħ u ristrutturar. Iżda kollox beda jimxi b’mod mgħaġġel aktar milli kien qed ibassar.

Mewġa ta’ rivoluzzjonijiet

Kienu diġà bdew movi- menti rivoluzzjonarji minn fost il-komunisti u wara snin ta’ attiviżmu u strajkijiet fil- Polonja, il-partit komunista vvota li jillegalizza t-trejdunjin ‘‘Solidarjetà’’.

Sa Frar 1989, l-unjin kienet tinsab f’taħditiet mal-Gvern u f’elezzjonijiet li saru fis-sajf ħadet xi siġġijiet fil-Parlament. Kull fejn tħalliet ħadet postha. F’Marzu, l-Ungeriżi għamlu dimostrazzjonijiet tal-massa u talbu għad-demokrazija. Sa Mejju ġew żarmati mal-240 kilometru ta’ barbed wire matul il-fruntiera mal-Awstrija u dan kien l-ewwel pass biex titkisser il-purtiera tal-ħadid.

Sa Awwissu, ir-rivoluzzjo- ni kienet qamet ġmielha u madwar żewġ miljun persuna madwar l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, li dak iż-żmien kienu parti mill-Unjoni Sovje- tika, organizzaw waħda mill- aktar dimostrazzjonijiet li tibqa’ tissemma meta fformaw katina umana twila mas-600 kilometru u bdew jitolbu l-in- dipendenza.

Kien fl-istess xahar li l- Ungerija fetħet il-fruntieri tagħha lejn l-Awstrija u b’hekk ir-refuġjati tal-Ġermanja tal- Lvant setgħu jaħarbu. Iċ-Ċekoslovakkja wkoll ipprov- diet mod ieħor biex jaħarbu.

Il-Ġermaniżi tal-Lvant setgħu jivvjaġġaw lejn dan il-pajjiż bla restrizzjoni u bdew jinġabru fl-ambaxxata tal-Ġermanja tal- Punent u eventwalment jiġu evakwati bit-tren.

Kien imbagħad f’Ottubru li l-Ġermanja tal-Lvant għalqet din il-fruntiera, iżda sa dak iż- żmien ir-rivoluzzjoni kienet leħqet infirxet fil-Ġermanja tal-Lvant stess. Bdiet bid-di- mostrazzjonijiet f’Leipzig u sad-9 ta’ Ottubru kien hemm mas-70,000 persuna li niżlu fit-toroq.

Bdew jintalbu elezzjonijiet ħielsa mill-Ġermanja tal-Punent, filwaqt li bdew jissemmew riformi. Dan kien biss ġimgħat bogħod mill-waq- għa tal-Ħajt.
Fl-aħħar ta’ Ottubru, il- Parlament fl-Ungerija adotta liġijiet biex isiru elezzjoni- jiet presidenzjali u jkun hemm elezzjonijiet bejn diversi partiti.

Imbagħad fl-aħħar ta’ Ottubru, in-nies li bdew jitolbu d- demokrazija fil-Ġermanja tal- Lvant żdiedu għal nofs miljun. Fil-bidu ta’ Novembru, xa- har wara li bdew il-protesti, man-nofs miljun persuna nġa- bru f’Alexanderplatz, fil-qalba tal-Lvant ta’ Berlin.

Tlett ijiem wara, il-Gvern irriżenja iżda ma kien hemm ebda intenz- joni li tingħata d-demokrazija. Fil-fatt, l-istess mexxej baqa’ l-mexxej tal-pajjiż, sakemm ma waslet il-konferenza tal- aħbarijiet li biddlet id-dinja.

Kapitlu ġdid fl-istorja Ewropea

Kien imbagħad fit-3 ta’ Di- ċembru li l-mexxej Sovjetiku Gorbachev u l-President tal- Istati Uniti, George HW Bush poġġew flimkien proprju f’pajjiżna u ħarġu stqarrija li l-Gwerra Bierda bejn iż-żewġ qawwiet kienet spiċċat.

Madankollu, ir-rivoluzzjo- nijiet ma kinux spiċċaw. Studenti dimostranti ġġieldu mal- Pulizija fi Praga u minn hemm bdiet il-Velvet Revolution li waqqgħet il-komuniżmu fiċ-Ċekoslovakkja.

Fir-Rumanija, kien hemm ukoll dimostrazzjonijiet vjo- lenti u d-dittatur komunist Nicolae Ceausescu tar ukoll. Inħoloq gvern ġdid wara li dan il-mexxej ħarab u l-folol irrabjati daħlu fil-palazz. Kien hawn li nxtered id-demm meta d-dittatur u martu nqabdu u nqatlu b’eżekuzzjoni nhar il- Milied. Aktar minn 1,000 per- suna nqatlu f’din ir-rivoluzzjoni.

Dan wassal għall-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika, minkejja li Gorbachev ipprova jagħmel l-aħħar tentattiv ta’ riforma meta sejjaħ lill-15-il mexxej tar- repubbliki Sovjetiċi. Il-komu- nisti li kienu kontrih ipprovaw jagħmlu kolp ta’ stat waqt li kien fuq btala fil-Krimea f’Awwissu tal-1991 u poġġew taħt arrest f’daru.

Il-kolp ta’ stat ġie mwaqqaf fi tlett ijiem hekk kif il-forzi pro-demokratiċi ngħaqdu mal-President Boris Yeltsin. Kien hawn li mietet l-Unjoni Sovjetika, hekk kif ir- repubbliki bdew jiddikjaraw l-indipendenza. Kien sal-aħħar ta’ dik is-sena li ttajret l-aħħar darba l-bandiera Sovjetika.

Ekonomija

Sport