Monday, December 23, 2024

“Il-wegħda li pajjiżna jibqa’ jkollu l-linja nazzjonali tal-ajru se nżommuha”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet fuq One Radio, il-Prim Ministru tkellem dwar l-Air Malta u qal li hemm ħafna xogħol xi jsir. Spjega li kien hemm diversi fatturi li wasslu għas-sitwazzjoni li tinsab fiha l-linja nazzjonali tal-ajru fosthom il-prezzijiet tal-fuel għat-trasport li għolew drastikament minħabba dak li għaddej fl-Ukrajna, il-pandemija fejn mill-2020 kellek swieq li jagħtu l-ħajja lil-linji tal-ajru li nqatlu u tmexxija li fl-aħħar għexieren ta’ snin ħadet deċiżjonijiet strateġiċi li mhux dejjem kienu fl-aħjar interess. 

Abela sostna li f’Marzu li għadda, il-poplu ta l-fiduċja tiegħu lill-Gvern Laburista biex imexxi lill-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin u li dan se jkun qiegħed jirreċiproka din il-fiduċja billi fost l-oħrajn iżomm il-wegħda li pajjiżna jibqa’ jkollu linja nazzjonali tal-ajru. Tkellem ukoll dwar skemi varji offruti lill-ħaddiema u li minkejja li kien hemm qbil biex uħud jieħdu l-iskema tal-irtirar u oħrajn aċċettaw li jiċċaqilqu f’enitità oħra, kellek dawk li esprimew ix-xewqa li jibqgħu jaqdu lil-linja tal-Air Malta. Minkejja li għad fadal ħafna xogħol xi jsir, għal darba’oħra Abela saħaq li dan mhux gvern li lest li jitfa’ l-piż fuq il-ħaddiem.

Ekonomija

Sport