L-imxija tal-monkeypox issa nfirxet f’aktar minn 70 pajjiż għalhekk il-WHO ddikjarat li din hija emerġenza tas-saħħa dinjija. L-imxija tista’ tkompli tinfirex f’aktar pajjiżi għalhekk qed tkun ikklassifikata bħala riskju globali.
Hu mifhum li din il-marda ilha f’partijiet fl-Afrika għal ħafna snin iżda qatt ma tbassar li din ser tinfirex lil hinn mill-kontinent. Sa issa l-imwiet tal-monkeypox ġie rrapurtat biss fl-Afrika l-aktar fin-Niġerja u f’Kongo.
Apparti l-pandemija tal-monkeypox, id-dinja qed taffaċja wkoll il-coronavirus li ħalla impatt kbir madwar id-dinja kollha.