Saturday, December 21, 2024

Il-WHO tgħid li l-isptar ewlieni ta’ Gaża m’għadux jiffunzjona

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qal li l-akbar sptar f’Gaża “m’għadux jiffunzjona aktar bħala sptar”. 

F’kitba fuq il-pjattaforma X, li qabel kienet Twitter, Dr Tedros Ghebreyesus qal li l-Isptar Shifa kien ilu mingħajr elettriku għal dawn l-aħħar tlitt ijiem u “mingħajr ilma u bi ftit internet” li kellhom impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-istess sptar li jipprovdi kura essenzjali.

“Id-dinja ma tistax toqgħod siekta waqt li l-isptarijiet, li għandhom iservu ta’ rifuġju sikur, jiġu mibdula f’xeni ta’ mewt, devastazzjoni u disprament,” kiteb Dr Ghebreyesus.

Il-midja internazzjonali rrapportat kif infrastruttura kritika, inkluż l-istazzjon tal-ossiġu, it-tankijiet tal-ilma, il-faċilità kardjovaskulari u s-sala tal-maternità sofrew ħsarat filwaqt li tliet infermiera nqatlu.

Ekonomija

Sport