Saturday, December 21, 2024

Il-WHO tgħid li l-Isptar ta’ al-Shifa sar ċimiterju

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddeskriviet l-isptar ta’ al-Shifa li jinsab fil-Medda ta’ Gaza bħala “ċimiterju” u dan wara li uffiċjali tagħha kellu ċ-ċans li jużu l-post.

Uffiċjali tal-Ġnus Magħquda li magħhom kien hemm ukoll dawk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ngħataw aċċess ta’ siegħa biss biex iżuru l-isptar u matul dan il-ħin kollu huma kienu taħt il-protezzjoni tal-forzi Iżrealiti.

L-uffiċjali wara li ħarġu lura mill-Medda ta’ Gaza qalu li huwa evidenti li kien hemm ġlied kbir fl-isptar kif ukoll setgħu josservaw li eżatt quddiem l-entratura tal-emerġenza kien hemm qabar tal-massa. Huma ġew informati li mill-inqas f’dan il-qabar hemm 80 persuna midfunin hemm.

Wara li l-forzi Iżrealjani ħarġu twissija biex l-isptar jiġi evekwat, madwar 300 pazjent li kollha jinsabu fil-periklu tal-mewt kellhom jitħallew f’al-Shifa minħabba li hu l-akbar u l-aktar sptar avanzat f’Gaza.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħda tipprova tirranġa evekwazzjoni ta’ emerġenza lil pazjenti li baqa’ f’dan l-isptar u magħhom toħroġ ukoll lit-tobba u lill-infermieri.

Ekonomija

Sport