Saturday, December 21, 2024

Il-WHO tiddikjara l-monkeypox emerġenza globali tas-saħħa

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO fl-aħħar sigħat ħabbret li kienet qiegħda tiddikjara l-marda tal-mpox bħala emerġenza globali. Qabel din il-marda kienet tisejjaħ monkeypox.

Il-WHO kienet kostretta tagħmel dik id-dikjarazzjoni minħabba li din il-marda qiegħda tinfirex b’mod allarmaneti fl-Afrika u għalhekk hemm tħassib serju dwar is-saħħa pubblika fil-komunità internazzjonali.

Il-mpox li tittieħed ħafna malajr minn persuna għal oħra s’issa qatlet mill-inqas 450 persuna fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Ix-xjenzati u esperti tal-WHO huma mħassbin ferm minħabba l-varjant il-ġdid li ħareġ minn din il-marda li għolla sew ir-rata ta’ fatilità.

Il-Kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Tedros Ghebreyesus sostna li l-ħsieb li din il-marda tinfirex madwar id-dinja hu ta’ tħassib kbir u jista’ jkun hemm ħafna mwiet.

Ekonomija

Sport