Thursday, December 26, 2024

Il-WHO tiddikjara li l-Covid m’għadhiex emerġenza dinjija

Aqra wkoll

Il-mexxejja tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) ddikkjaraw li l-pandemija tal-Covid-19 m’għadhix aktar “emerġenza globali”. Dan hu mument importanti ħafna minħabba li hu pass ieħor ‘il quddiem biex il-Covid-19 ma tibqax titqies bħala pandemija.

Tedros Adhanom Ghebreyesus, Direttur Ġenerali tal-WHO ħabbar dan waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi li kien hemm f’din il-pandemija.

Hu sostna li l-vajrus jibqa’ ta’ theddida u ma jfissirx li l-pandemija spiċċat. Il-vajrus hu ta’ theddida minima fil-pajjiżi żviluppati, iżda għadu ta’ periklu kbir f’żoni oħrajn fid-dinja.

Il-pandemija li biddlet il-mod ta’ kif jgħix il-bniedem… fejn għal xhur kienu saru diversi lockdowns, ekonomiji kbar spiċċaw tikissru u anke mietu 7 miljun persuna madwar id-dinja. minħabba l-Covid-19. Id-direttur Ġenerali tal-WHO qal li minkejja li hemm iddikjarati 7 miljun persuna li tilfu ħajjithom, l-għaqda temmen li dan il-vajrus qatel madwar 20 miljun persuna.

Kien fit-30 ta’ Jannar tal-2020 meta l-WHO kienet iddikjarat il-vajrus tal-Covid-19 bħala theddida internazzjonali. Dakinhar ma kienx hemm ħafna pajjiżi li fihom kien daħal il-vajrus.

Hu stamt li madwar id-dinja kien hemm 764 miljun każ, filwaqt li madwar 5 biljun persuna rċivew minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin.

Ekonomija

Sport