Saturday, October 26, 2024

Il-WHO twissi dwar it-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet tal-Covid matul is-sena li ġejja

Aqra wkoll

Bl-Ewropa maħkuma mit-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li r-reġjun jaf jara spike oħra fl-infezzjonijiet matul is-sena li ġejja.

F’intervista li kienet ippubblika fil-hazzetta Żvizzera Solothurner Zeiting, l-emissarju tal-WHO David Nabarro qal li l-gvernijiet Ewropej naqsu milli jibnu l-infrastruttura neċessarja biex iżommu l-virus taħt kontroll wara l-ewwel mewġa ta’ infezzjonijiet fir-rebbiegħa ta’ din is-sena.

Huwa qal li dan wassal biex l-infezzjonijiet qed jergħu jiżdiedu madwar il-kontinent kollu, wara perjodu ta’ tnaqqis matul ix-xhur tas-sajf. Franza u l-Ġermanja rreġistraw madwar 33,000 każ ġdid ilbieraħ kumplessivament, filwaqt li r-Renju Unit rreġistrat kważi 20,000 każ ġdid. Fuq nota pożittiva r-rata tal-imwiet baqgħet relattivament baxxa madwar l-Ewropa b’paragun mal-ewwel mewġa ta’ infezzjonijiet.

Fl-istess waqt il-WHO qed tisħaq għal kawtela fil-miżuri kontra l-pandemija u ddeskriviet lockdowns nazzjonali bħala miżura “last resort”.

Sport