Saturday, December 28, 2024

Il-WHO twissi li l-pandemija se tkun waħda twila

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li l-pandemija tal-Covid-19 aktarx li se tkun waħda li ddum. Dan wara li l-kumitat ta’ emerġenza tal-WHO ltaqa’ biex jevalwa l-kriżi sitt xhur wara li tqajjem l-allarm dwar il-virus qattiel.

Apparti dwar it-tul ta’ żmien tal-pandemija, il-WHO wissiet ukoll dwar nuqqas ta’ rispons adegwat minħabba l-pressjoni soċjo-ekonomika li l-pandemija qed titfa’ fuq il-pajjiżi.

Il-virus s’issa qatel mill-inqas 680,000 persuna u infetta lil mill-inqas 17.6 miljun persuna mindu l-pandemija bdiet f’Diċembru tas-sena li għaddiet.

Il-Kap tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus, qal li l-effetti tal-pandemija se jibqgħu jinħassu għal diversi snin.

“Sa sitt xhur ilu kellna inqas minn 100 każ ta’ persuni infettati u l-ebda każ ta’ fatalità barra ċ-Ċina,” huwa qal.

“il-pandemija hija kriżi ta’ saħħa li sseħħ darba fis-seklu, iżda l-effetti tagħha se jibqgħu jinħassu għal għexieren ta’ snin.”

Ekonomija

Sport