Ritratt li qed idur fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, juri l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan maħnuqa bin-nies qaqoċċa, b’uħud minnhom bil-maskla taħt geddumhom jew mingħajr maskla.
Ritratt bħal dan qajjem furur hekk kif minkejja li n-numru ta’ COVID-19 żdiedu f’pajjiżna għadek issib minoranza ta’ nies li ma jirrispettawx lill-maġġornaza tal-poplu Malti u Għawdxi.
Hija ħasra li x-xogħol siwi ta’ dawk li qed imexxu l-miżuri biex niġġieldu l-pandemija f’pajjiżna xi kultant qiegħed jaqa’ f’widnejn torox.