Ilbieraħ infetħu r-reġistrazzjonijiet għal booster għal dawk ’il fuq minn 18-il sena.
Intant fl-istess jum, id-Deputat Prim Ministru ħabbar li f’ġurnata waħda ngħataw 9,500 tilqima kontra l-Covid-19.
Fearne rringrazzja lit-tim ta’ professjonisti tant dedikati li jagħmlu dan ix-xogħol kollu possibbli.
Il-Ministru tas-Saħħa għalaq ifakkar lil kulħadd dwar l-importanza li kulħadd jirreġistra fuq vaccin.gov.mt.