Saturday, December 21, 2024

Ilbies protettiv li xtraw l-Ingliżi mit-Turkija kellu jintrema għax ma jilħaqx l-istandards

Aqra wkoll

Il-Gvern Ingliż ħabbar li mal-400,000 ilbies protettiv li ġew ordnati mit-Turkija kellhoma jintremew hekk kif ma jilħqux l-istandard tas-sigurtà Ingliż.

Madwar nofs l-apparat ta’ protezzjoni personali wasal fir-Renju Unit permezz tar-Royal Air Force x-xahar li għadda. Madankollu, dan ma ngħatax lill-ħaddiema tal-NHS u issa jinsab maqful f’maħżen. 

Għadu mhux ċar jekk il-Gvern Ingliż hux se jitlob rifużjoni tal-flus mingħand il-fornituri. Min-naħa l-oħra, id-Dipartiment tas-Saħħa qal li qed jaħdem biex isib sors ieħor ta’ lbies protettiv. 

Matul l-aħħar xhur, il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa gergru dwar in-nuqqas ta’ apparat adegwat bħal ilbies, maskri u ngwanti. Fil-fatt, dan it-tagħmir protettiv hu importanti għall-front-liners peress li jistgħu jieħdu l-virus. 

Intant, il-Gvern Ingliż ħabbar li qed jitkellem ma’ 10,000 ditta mir-Renju Unit li offrew li jagħmlu dan it-tagħmir. Fl-istess waqt, irċieva wkoll 250,000 libsa protettiva mill-Irlanda ta’ Fuq. 

Ekonomija

Sport