Thursday, November 14, 2024

“Ili hawn ftit sigħat … il-gżejjer Maltin sbieħ wisq”

Ir-rapper Amerikan French Montana

Aqra wkoll

Ftit sigħat qabel il-kunċert tal-Isle of MTV li ser isir illum fuq il-Fosos tal-Furjana, saret konferenza stampa fejn tkellmu l-artisti li animaw dan il-kunċert annwali li se jkun qed isir għall-14-il darba f’pajjiżna.

Ir-rapper Amerikan French Montana beda billi faħħar is-sbuħija tal-gżejjer Maltin. “Ili hawnhekk ftit sigħat imma l-gżejjer Maltin huma verament sbieħ. Ħadt gost indur xi postijiet ‘l hawn u ‘l hemm filwaqt li n-nies huma mill-aħjar.”

Mistoqsi dwar ix-xena mużikali li ilu fiha għal dawn l-aħħar għaxar snin, French Montana sostna li hu dejjem ta importanza kbira lill-mużika u jispera li fis-snin li ġejjin ikompli jipproduċi aktar ħsejjer mużikali li jappellaw għal kull eta’.

Il-mużiċist Malti Shaun Farrugia sostna li din hija l-ħolma tiegħu li jdoqq fuq il-Fosos tal-Furjana u issa għandu l-opportunità kollha jagħmel dan. “Hi xi ħaġa li ħlomtha meta kont żgħir u ninsab kuntent li grazzi għas-suċċessi li ksibt dan l-aħħar ma’ Martin Garrix, dan kollu se jsir realtà.”

Farrugia sellem lil ommu u missieru li tant tawh is-sapport neċessarju. Dan tal-aħħar qal li Malta għandha ħafna potenzjal u sostna li jrid ikun ta’ ispirazzjoni għall-mużiċisti, kantanti u Djs oħra li anke huma jistgħu jkunu bħalu.

Il-kantawtriċi Ingliża Mae Muller qalet li dan se jkun l-akbar xow tal-karriera tagħha u għalhekk hija ferm eċitata għal dan il-kunċert.

Muller hi magħrufa għall-aħħar single li ħarġet bl-isem ta’ Better Days li ġabitilha ħafna suċċess madwar l-Ewropa.

“Wasalt hawn il-Ħadd u nista’ ngħid li l-gżejjer Maltin huma verament sbieħ partikolarment il-Blue Lagoon li għoġobni ħafna.”

“Se nkun qed inkanta quddiem udjenza kbira u jien persuna li nħobb ħafna nkun viċin tal-pubbliku u hekk beħsiebni nagħmel.”

Tkellem ukoll Alexander Leon Gumuchian magħruf aħjar bħal Baby No Money qal li qed ilesti xow mimli enerġija bil-pubbliku li jrid ikompli miegħu fil-mumenti meta se jiġi msejjaħ.

“Jien tip ta’ bniedem li nfittex ħafna s-sehem tal-pubbliku u għalhekk insejħilhom minn issa sabiex jippreparaw sabiex flimkien niżfnu u nkantaw għall-mużika li se nkun qed nipprovdilkom.”

Baby No Money hu magħruf l-aktar għall-kollaborazzjoni li kellu mar-rappers Yung Gravy fl-2019 bis-single Lalala u dik riċenti Edamame.

DJ Marshmello ma kienx preżenti għal din il-konferenza stampa

Ekonomija

Sport