Monday, October 14, 2024

Iling Junior segwit minn Atalanta u Bologna

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ 20 sena Samuel Iling Junior hu ferm viċin li jħalli lil Juventus sabiex jingħaqad ma’ xi tim ieħor fl-Italja. Fil-fatt dan il-plejer żagħżugħ qed jiġi segwit minn Atalanta u anke Bologna li jarawh ideali fil-pjan tattiku tagħhom. 

Il-plejer Ingliż jista’ jitlaq minn Turin ġaladarba wieħed minn dawn iż-żewġ klabbs joħroġ €15-il miljun minn butu.

Iling Junior fl-istaġun li għadda lagħab 12-il logħba mal-Bianconeri filwaqt li skorja gowl wieħed biss.

Sport