Il-plejer ta’ Manchester City Ilkay Gundogan qal li l-kollega tiegħu Erling Braut Haaland xi darba jista’ jisfida għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb.
“Nemmen li fil-futur Erling se jkun kontendent serju sabiex jirbaħ il-ballun tad-deheb minħabba x-xamma tiegħu għall-gowl apparti li hu determinanti sabiex ibiddel ir-riżultat għat-tim tiegħu.”
Gundogan sostna li qatt ma ra plejer komplut bħal Haaland fejn jispikka fit-tul, is-saħħa u t-teknika tiegħu.
Hu ngħaqad ma’ The Citizens fil-bidu ta’ dan l-istaġun u skorja 15-il gowl f’10 dehriet mal-klabb.