Il-midfielder internazzjonali Ġermaniż, Ilkay Gundogan, se jħalli liċ-champions Eworpej, Manchester City, wara li fit-30 ta’ Ġunju jintemmlu l-kuntratt.
Kollox kien qed jindika li huwa se jerga’ jingħaqad ma’ Borussia Dortmund iżda finalment huwa għażel lil Barcelona. Fil-jiem li ġejjin huwa mistenni jmur fil-belt Katalana biex isirlu t-test mediku u jiffirma kuntratt ta’ tliet snin.
Il-fatt li Barcelona għadhom taħt ir-regoli tal-Financial Fair Play, l-ingaġġ ta’ Gundogan mhix se tkun problema minħabba li se jingħaqad magħhom bħala aġent ħieles.
Dan il-player ta’ 32 sena kien strumental għal Machester City li rebħu Treble storiku – il-UEFA Champions League, il-Premier League Ingliż u l-FA Cup.