Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Ilkay Gundogan mingħand Manchester City, bil-player ta’ 32 sena jiffirma kuntratt inizjali ta’ sentejn.
Dan il-kuntratt għandu klawsola ta’ €400m b’għażla li jġedded għal sena oħra.
Huwa ssieħeb mal-Katalani wara li ntemmlu l-kuntratt mas-Citizens wara li mexxihom għal Treble storiku. Interessanti huwa l-fatt ukoll li Gundogan kien l-ewwel akkwist tal-coach Pep Guardiola mindu ħa r-responsabbiltá tat-team fl-2016.
Minkejja l-etá tiegħu, Gundogan għandu jipprovdi qabża fil-kwalità fis-settur ta’ nofs il-ground fejn, bla dubju, il-kompetizzjoni se tikber bejn Pedri, Frenkie de Jong, Gavi u Franck Kessie.
Minħabba l-versatilità tiegħu, Gundogan mistenni jkun is-suċċessur denju ta’ Sergio Busquets li ngħaqad ma’ Inter Miami, fl-Istati Uniti.