Manchester City ikkonfermaw it-tluq tal-leġġenda tal-klabb Ilkay Gundogan, li ngħaqad ma’ Galatasaray wara li hu kien jinsab bħala aġent ħieles u sena wara li kien reġa’ lura fl-Etihad minn Barcelona.
Gundogan se jitlaq minn The Citizens wara impatt kbir li ħalla f’nofs il-grawnd tat-tim ta’ Pep Guardiola.
Galatasaray laqgħu lil Gundogan u sejħulu champion ta’ veru fejn se jgħin lit-tim fl-ambizzjonijiet tiegħu ta’ dan l-istaġun li għadu kemm beda.