Il-kuntratt tal-midfielder Ġermaniż ma’ Manchester City se jkun qed jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Minkejja kollox, il-plejer ta’ 32 sena m’għandux għaġġla sabiex jiffirma ftehim ġdid anzi f’intervista li ta lir-rivista sportiva Kicker, hu qal li jinsab rilassat għall-aħħar.
Gundogan ingħaqad mas-Citizens fis-sena 2016 u minn dakinhar ‘l hawn hu lagħab 169 partita filwaqt li skorja 38 gowl.