Il-goalkeeper ta’ Leeds United, Illan Meslier, qed jitqies bħala mira ta’ trasferiment għal Barcelona.
Il-ġganti Katalani qed jippjanaw li jagħmlu offerta għal goalkeeper ġdid dan is-sajf, b’Neto x’aktarx se jħalli l-club, iżda Marc-Andre ter Stegen se jibqa’ bħala l-golakeeper numru 1 għall-istaġun 2022-23.
It-team immexxi minn Xavi identifika lil Meslier bħala akkwist possibbli, b’dan il-goalkeeper ta’ 21 sena qed jirriżulta wieħed mill-aqwa plejers ta’ Leeds dan l-istaġun.
Rapport riċenti sostna li l-Whites qed jistennew offerti għall-Franċiż dan is-sajf minħabba l-iżvilupp tiegħu minn meta ngħaqad mal-club mingħand Lorient, inizjalment b’self.
Meslier għamel 26 dehra mat-team ta’ Marcelo Bielsa matul l-istaġun 2021-22, sofra 47 goal u żamm biss ħames clean sheets.
Manchester United huma ammiraturi wkoll tal-goalkeeper internazzjonali ta’ Franza ta’ taħt il-21 sena, li għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu f’Elland Road.