L-aħħar preparamenti għaddejin ġmielhom, hekk kif illejla jingħata bidu għall-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar ġewwa l-Port il-Kbir.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li kollox jibda għall-ħabta tat-8.30p.m. bl-aħjar postijiet biex wieħed isegwi jkunu Xatt il-Barriera (Quarry Wharf), Il-Barrakka ta’ Fuq u ta’ Isfel. Il-programm kollhu jinsab fuq https://bit.ly/20thprogramm
L-MTA qalet ukoll li se ikun hemm għadd ta’ devjazzjonijiet tat-traffiku b’mod partikolari għall-vetturi li jkun se jgħaddu minn Triq il-Mediterran u minn Triq it-Telgħa tal-Kurċifiss. Dawn id-devjazzjonijiet ser jkunu japplikaw mis-18:00 sa’ nofsillejl. Dan filwaqt li fl-istess ħinijiet Xatt il-Barriera u Xatt Lascaris ser jkunu wkoll magħluqin għat-traffiku.
L-Awtorità infurmat ukoll li s-servizz tal-Fast Ferry mhux ser jkun qiegħed jopera bejn is-7.00p.m. u l-11.00p.m.