Illejla jingħalaq l-istaġun 2025 tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi bil-kompetizzjoni l-aktar prestiġġjuża, it-Tazza tal-Anġlu hekk kif fil-finali St Peter’s Żabbar jaffaċċjaw lil Buġibba Boċċi Club.
Fis-semifinali, Buġibba Boċċi Club għelbu lil Birkirkara 21-13 bil-logħba li kellha tmur għad-decider b’tal-ewwel li rebħu 11-0. Huma se jkunu qed jirritornaw fil-finali wara 21 sena u għandhom l-għan li jiksbu dan l-unur tant prestiġġjuż.
Mill-banda l-oħra, St Peter’s Żabbar għelbu lil Għaxaq 21-11 fejn anke hawn kellu jkun hemm decider li ż-Żabbarin rebħu 11-3.
Il-logħba se tintlagħab illejla fis-6.30pm fil-pitch ta’ Ħal Qormi San Bastjan.

