Illum mit-8:00pm ‘l quddiem se jirritorna wara waqfa ta’ tliet snin il-Karnival tas-Sajf f’Birżebbuġa. Dan il-Karnival joffri opportunità u pjattaforma biex dawk l-artisiti li jaħdmu fil-qasam tal-karnival jeċċepixxu t-talenti tagħhom f’perjodu li l-karnival mhux tradizzjonalment issir.
Din l-attività se tikkonsisti f’sfilata ta’ karrijiet tal-karnival spettakolari tul il-kosta ta’ Birżebbuġa, l-aktar fi Triq Dawret il-Qalb Imqadsa u Triq il-Bajja s-Sabiħa.
Akkumpanjati minn żfin tal-karnival ippreżentati minn artisti rinomati inkluż l-Escola de Samba Roma, kif ukoll talenti notevoli oħra. Din l-attività se tilħaq il-qofol tagħha fit-Teatru Grieg tal-Bajja s-Sabiħa b’sehem tad-DJ lokali Ryan Spiteri.
Is-Sindku tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa esprima l-appoġġ entużjast tiegħu għal din l-inizjattiva notevoli, u stqarr, “il-Karnival tas-Sajf ta’ Birżebbuġa jinkorpora l-ispirtu vibranti u l-kultura rikka tal-lokalità tagħna. Is-Sindku Camilleri rringrazzja lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali tal-fiduċja tagħhom biex għal darb’oħra Birżebbuġa ngħażlet biex issir din iċ-ċelebrazzjoni.
Il-mutur ta’ din l-attività l-viċi sindku ta’ Birżebbuġa Josette Busuttil espremit is-sodisfazzjoni tagħha li għal sena oħra Birżebbuġa ser tospita l-karnival tas-sajf. Il-Viċi Sindku rimarkat kif din is-sena l-karnival ser ikun fuq pjattaforma akbar min dak l-ġie organizzat f’snin passata.
Fil-kummenti konklussivi tagħha l-Viċi Sindku tħeġġeġ lill-familji Maltin jingħaqdu magħna f’dan il-Karnival.