Wednesday, October 9, 2024

Illejla tirritorna ż-Żabbar Beer Fest

Aqra wkoll

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, MMG Promotions se tkun qed torganizza edizzjoni oħra ta’ Żabbar Beer Fest, illum is-Sibt 13 ta’ Lulju mis-7:00 p.m ‘l quddiem, ġewwa Pjazza Medjatriċi Ħaż-Żabbar.

Fost l-aqwa talenti lokali se jkunu qed jallegraw lil folla preżenti, li jinkludu DJ Etienne, Tattika u Kurt Calleja and Band, b’after party minn DJ Alex Grech ma’ tmiem l-attivita. 

F’żona oħra ddedikata, Sound Salon se jkunu idoqqu fost l-aqwa diski ta’ kull żmien.  B’diversi attivitajiet għal familja kollha, fosthom żona għat-tfal, u diversi sorpriżi matul l-lejla kollha, din l-attivita żgur mhux ħa tkun waħda ta’ min jitlifha! 

Għal iżjed informazzjoni, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook; Żabbar Beer Fest

Sport