Monday, October 7, 2024

Illeјla se јitneħħa s-saff t’asfalt li tpoġġa fi Triq Tal-Barrani

Aqra wkoll

Illejla, il-kuntrattur ġie ordnat jaqla’ s-saff t’asfalt li tpoġġa fi Triq Tal-Barrani fiż-Żejtun.

Dan qalitu Infrastructure Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li dan qed iseħħ wara li ma ntlaħqux il-livelli ta’ kwalità skont l-istandards meħtieġa.

Ingħad li bi spejjeż tal-kuntrattur, fl-iljieli li ġejjin se jingħata saff ġdid t’asfalt fiż-żewġ karreġġjati ta’ Triq Tal-Barrani.

Huma ħeġġew lis-sewwieqa sabiex isuqu bil-galbu u sabiex isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali minn fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport