Friday, November 15, 2024

Illiberat b’kundizzjoni wara li seraq arloġġ dekorattiv “biex jixtri x’jiekol”

Aqra wkoll

Nunzio Quartarone, Sqalli ta’ 53 sena li fil-Qorti qal li m’għandux residenza fissa f’Malta, ammetta li seraq arloġġ mill-Marsa. Hu ġie akkużat ukoll li ma kkoperax mal-pulizija kif ukoll li jgħix ħajja ta’ għażż.

Jirriżulta li hu kien seraq dan l-arloġġ biex meta jbiegħu jkollu xi ħaġa tal-flus biex jixtri x’jiekol. Għal Isqalli deher l-Avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat.

Kien fit-22 ta’ Ġunju li għadda meta l-Pulizija rċiviet rapport dwar serqa li kienet saret minn stabbiliment fil-Marsa. Skont ir-rapport, l-akkużat deher minn fuq CCTVs jisraq l-arloġġ li għandu valur ta’ madwar €50.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li l-akkużat m’għandu l-ebda flus biex iħallas l-arloġġ lura. Qalet li hija x-xewqa tal-akkużat li jintbgħat lejn Sqallija.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti ddeċidiet li tilliberah bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.

Ekonomija

Sport