Wednesday, July 24, 2024

Illiberat wara li nstab ħati li sitt snin ilu seraq żewġ pappagalli f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel ingħata l-libertá proviżjorja fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snien. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li sitt snin ilu seraq żewġ pappagalli f’Birżebbuġa.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Mercieca spjega li l-pappagalli insterqu minn Triq Bengħajsa f’Birżebbuġa. Ingħad li l-ewwel pappagall li nsteraq kien tar-razza African Grey u l-ieħor tar-razza Alexandrine. Intqal ukoll li t-tnejn li huma għandhom l-istess sid.

L-akkużat ammetta li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qieset il-fatt li l-akkużat kien irritorna pappagal minnhom lura lis-sid u li biddel ħajtu hekk kif sab impjiieg.

Ekonomija

Sport