Sunday, December 22, 2024

“Illum apparti l-industrija tal-igaming qegħdin niżviluppaw niċeċ ekonomiċi ġodda”

Aqra wkoll

“Illum apparti l-industrija tal-igaming qegħdin niżviluppaw niċeċ ekonomiċi ġodda, bħal dawk tal-video game development u l-esports u għandna kumpaniji internazzjonali li qegħdin jaħdmu minn pajjiżna u jkomplu jkabbru isem pajjiżna f’dawn is-setturi,”

Dan qalu il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri waqt l-inawgurazzjoni tal-igaming Soft2Bet, li kompliet tikber f’pajjiżna hekk kif irrilokat għal uffiċċju ġdid ġewwa The Quad Central.

Il-Ministru Schembri rrimarka li sa ftit ta-snin ilu, Soft2Bet kellhom uffiċċju żgħir f’Tas-Sliema fejn kienu jimpjegaw 5 persuni. Qal ukoll li llum, fl-istess uffiċċju ġdid hemm 30 ħaddiem bil-possibbiltà u l-pjan li l-kumpanija tkompli tespandi aktar.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Gaming Malta Ivan Filletti qal, “Gaming Malta tibqa’ taħdem id f’id mal-industrija kollha tal-gaming f’pajjiżna, biex flimkien jinħoloq l-aqwa ambjent biex nibqgħu noħolqu opportunitajiet ġodda.”

Għall-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju attendew l-ogħla diriġenti ta’ Soft2Bet, fosthom il-fundatur u Kap Eżekuttiv Uri Poliavich.

Ekonomija

Sport