Wednesday, December 25, 2024

Illum f’Doha se jittellgħu l-poloz tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022

Aqra wkoll

Illum f’Doha se jsir il-tlugħ tal-poloz tat-Tazza tad-Dinja 2022 li se ssir fil-Qatar mill-21 ta’ Novembru sat-18 ta’ Diċembru li ġejjin.

Mit-32 timijiet finalisti huma magħrufa 29, meta jridu jkunu magħrufa r-rebbieħa taż-żewġ play-offs inter-kontinentali u rebbieħ l-ieħor ikun magħruf mill-play-off tal-Ewropa li kollha se jintlagħbu f’Ġunju.

Is-seedings skond ir-rankings tal-FIFA li tħabbru lbieraħ huma:

POT 1: (timijiet issidjati): Qatar, Brażil, Belġju, Franza, Arġentina, Ingilterra, Spanja, Portugall.

POT 2: Messiku, Olanda, Ġermanja, Danimarka, Urugwaj, Svizzera, USA, Kroazja.

POT 3: Senegal, Iran, Ġappun, Marokk, Serbja, Polonja, Korea t’Isfel, Tuneżija.

POT 4: Kamerun, Kanada, Ekwador, Arabja Sawdija, Ghana, Wales/Iskozja/Ukrajna, Ivory Coast/New Zealand, UAE/Awstralja/ Peru.

Din it-Tazza tad-Dinja għandha l-istess format bħat-tournaments li għaddew, b’ti­mijiet imtellgħin fi tmien gruppi ta’ erbgħa.

L-organizzaturi l-Qatar se jingħataw il-post A1 minn Pot 1 u l-aqwa seba’ timijiet fir-rankings li kkwalifikaw huma l-aqwa seeds l-oħra.

It-tliet rebbieħa tal-play-off li għadhom mhux deċiżi (Wales v Skozja/Ukrajna, Costa Rica v New Zealand u UAE/Awstralja v Perù) se jkunu fir-raba’ pot.

Wara li jittella’ team, jittella’ t-tieni ballun biex jiddeċiedi f’liema grupp qiegħed.

Timijiet mill-istess kontinent se jinżammu separati – ħlief għall-pajjiżi Ewropej, fejn massimu ta’ tnejn jistgħu jkunu fi kwalunkwe grupp wieħed.

B’differenza għat-Tazzi tad-Dinja pre­ċedenti, l-iskeda tal-partiti se tiġi deċiża wara u mhux se ssir awtomatikament skond kif jittellgħu t-timijiet.

Il-FIFA tgħid li dan jipprovdi “skop biex jipprovdi ħin ta’ bidu aktar ta’ benefiċċju għall-udjenzi fid-dar”.

Normalment it-timijiet kollha jkunu magħrufa qabel il-poloz tat-Tazza tad-Dinja iżda din is-sena għad iridu jiġu deċiżi tliet Pots għal żewġ raġunijiet differenti.

Il-logħob li ġie mċaqlaq minn Marzu minħabba l-effetti sekondarji tal-Covid-19 f’kull kontinent. Il-kwalifikazzjoni kollha tal-Oċeanja ntlagħbu mis-17 sat-30 ta’ Marzu f’mini-tournament fil-Qatar.

Tmien eks players u managers se jkunu qed imexxu t-tlugħ, fosthom ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja, Cafu tal-Brażil, u Lothar Matthaus tal-Ġermanja flimkien ma’ Jay-Jay Okocha, Tim Cahill, Adel Ahmed MalAllah, Ali Daei, Bora Milutinovic u Rabah Madjer.

USA U MESSIKU FIL-FINALI

Fl-aħħar ġurnata taż-Żona tal-CONCACAF, l-Istati Uniti u l-Messiku għaddew għall-finali tat-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani tilfu 2-0 kontra Costa Rica iżda għaddew bid-differenza tal-goals waqt li l-Messiku spiċċaw it-tieni fil-grupp b’rebħa 2-0 fuq El Salvador u f’logħbiet oħra l-Ġamajka għelbu lil Honduras 2-0 u l-Panama lill-Kanada 1-0 li kienu diġa’ ikkwalifikaw.

Ekonomija

Sport