Friday, July 19, 2024

“Illum fl-ewwel Jum il-Missier tiegħek stajt mort il-ħabs”- Il-Maġistat lil akkużat

Aqra wkoll

“Għamlitlek x’għamlitlek ommok ma tistax tirattaha hekk. Illum inti adult u taħdem u għalhekk jekk is-sitwazzjoni tad-dar fejn tgħix mhix tajba, itlaq u mur ikri għal rasek. Illum fl-ewwel Jum il-Missier stajt mort il-ħabs”

Dan kien il-kliem li qal l-Maġistrat Joseph Gatt lill-akkużat li tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza fil-konfront ta’ ommu. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li kollox beda nhar il-Ġimgħa li għaddiet, meta inħoloq argument bejn l-omm u l-akkużat.

L-Ispettur Sherona Bhagiar li mmexxiet il-Prosekuzzjoni spjegat li l-argument bejn l-akkużat u ommu kompla s-Sibt filgħodu fir-residenza ta’ ommu. Ġie spjegat kif waqt l-argument, allegatment l-akkużat kisser xi affarijiet u li lill-ommu heddida li se jagħmlilha ħajjitha miżerabbli.

Quddiem il-Qorti, l-akkużat li għandu 20 sena residenti l-Belt Valletta ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kemm tad-Difiża, li kienet immexxija mill-avukat Yanika Barbara Sant, kif ukoll u tal-Prosekuzzjoni, ikkundannat lill-akkużat sena ħabs sospiża għal sentejn.

Huwa kien ordnat ukoll garanzija ta’ €1,000, bil-għan li jżomm il-bon ordni ma’ kulħadd speċjalment m’ommu. Il-Qorti imponiet fuqu ordni ta’ trażżin għal tliet snin.

Ekonomija

Sport