Friday, December 13, 2024

Illum f’laqgħa tan-NATO se jiġi diskuss l-aħjar mod ta’ sapport għall-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin fi ħdan in-NATO għandhom jiltaqgħu ġo Brussell iktar tard illum waranofsinhar sabiex jagħmlu sett ta’ laqgħat mifruxin fuq jumejn bil-għan li jiddiskutu liema hu l-aħjar mod li bih jistgħu joffru s-sapport meħtieġ lill-Ukrajna għall-fażi li jmiss fil-gwerra Russo-Ukrajna.

Is-Segretarju Ġenerali għan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li n-NATO qed tantiċipa li Moska se tipprova taħtaf ir-reġjun kollu ta’ Donbas li jinsab fil-Lvant tal-Ukrajna. Però, minkejja dan, huwa jinsisti li n-NATO mhix se tibgħat truppi jew ajruplani biex jgħinu lill-Ukreni fil-ġlieda kontra r-Russi.

Sadanittant, illum huwa mistenni li l-Amerka u l-Unjoni Ewropea se jkunu qed idaħħlu fis-seħħ iżjed sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja. Dan bħala kawża tal-allegazzjonijiet li r-Russja wettqet krimini ta’ gwerra fil-belt ta’ Bucha fl-Ukrajna. 

Bħalissa d-dinja kollha tinsab maħsuda bir-ritratti li juru għadd ta’ oqbra u katavri taċ-ċittadini Ukreni li kienu rrappurtati maqtula f’dawn l-aħħar jiem. 

Ekonomija

Sport