Sunday, November 24, 2024

Illum il-festa tal-ewwel qaddis Malti San Ġorġ Preca

Aqra wkoll

Illum il-knisja takkar lill-uniku qaddis Malti – San Ġorġ Preċa. Illejla fis-soċjetajiet tal-MUSEUM madwar Malta isiru diversi attivitajiet biex ifakkru lil dan il-qaddis.

Ilbieraħ f’Santa Venera saret festa żgħira għal dan il-qaddis. Ilbieraħ filgħaxija ukoll fil-parroċċa taż-Żebbuġ Għawdex saret it-tifkira tal-ewwel qaddis – saċerdot Malti San Ġorġ Preca, fejn it-tfal imxew f’korteo sal-knisja bix-xbieha ta’ San Ġorġ Preca. Madwar Malta llum isiru diversi attivitajiet li jfakkru lil dan il-qaddis.

Proprju s-sena li għaddiet il-kittieb Roberto Aloisio li kiteb diversi kitbiet dwar San Ġorġ Preca, kiteb u pubblica esperjenza li kien irċieva.
Hu kien iddikjara li “dalgħodu rċevejt din l-esperjenza li laqtitni:

“Minn età żgħira, konna nisimgħu ħafna dwaru fil-MUSEUM, u nistqarr li dejjem kelli ġibda lejh. Kont naqra l-istorja tiegħu u nara ħafna xebħ ma ħajti fejn tidħol saħħa. Mort invistajtu meta kienu ġabuh mill-Knisja ta’ San Gejtanu u anki qabel sar Qaddis. Kull sena nżuru f’Jum il-Festa tiegħu.”

“Xi snin ilu, it-tobba kienu qaluli li għandi bzonn trapjant tal-pulmun. Nistqarr li dak iż-żmien kont moħħ ir-riħ u li mhux dejjem kont nieħu ħsieb saħħti. Però kien mument fejn ħassejt piż kbir fuqi. Ħafna mill-ħin ma kontx insib sabar imqar biex noqgħod bilqiegħda. Fil-ħin tal-mistrieħ ma kontx inkun irrid niltaqa’ ma nies, allura kont nispiċċa fil-kappella. Kemm-il darba kont nispiċċa ‘niġġieled’ mas-Sinjur u nsaqsih ‘għaliex jien?’”.

“Darba fost l-oħrajn niftakar għażilt li nibqa’ kwiet u ma ngħid xejn. F’ħin minnhom f’moħħi bħal smajt il-kliem li kien jgħid Dun Ġorġ, ‘u missieri miet, it-tabib miet, u jien b’pulmun wieħed għadni hawn’. Seba’ snin wara poġġewni fuq lista għal trainant, imma l-kobor t’Alla dawwal lill-professjonisti biex ġabu mediċina li biha erġajt ħadt saħħti lura. Hu x’inhu u jiġri x’jiġri, nista ngħid li San Ġorġ dejjem miegħi u ma nixbax inxerred id-devozzjoni lejh.”

Sport