Saturday, December 21, 2024

Illum il-poplu Amerikan jivvota fl-elezzjoni presidenzjali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Istati Uniti tal-Amerika, il-President Donald Trump wettaq ħames rallies kbar ġewwa North Carolina, Pennsylvania, Michigan u Wisconsin filwaqt li r-rival tiegħu, l-eks Viċi President Joe Biden żar Pennsylvania fejn hemm għamel rally drive-in flimkien mal-kantanta Lady Gaga. Huwa żar ukoll Cleveland u Ohio. 

Qabel ġiet fi tmiemha l-kampanja elettorali, kien hemm diġà 93 miljun persuna li tefgħu l-vot tagħhom li huwa 67% iktar meta mqabbel mal-elezzjoni tal-2016. 

L-aħħar sondaġġi kienu qed juru li Biden qiegħed igawdi vantaġġ qabel l-elezzjoni tal-lum, iżda l-vantaġġ huwa wieħed minimu fl-iktar stati importati li finalment jiddeċiedu r-riżultat. Din l-elezzjoni qiegħda ssir fi sfond ta’ pandemija fejn l-Istati Uniti għandha l-ikbar numru ta’ mwiet u infezzjonijiet fid-dinja. Tant hu hekk li nhar il-Ħadd li għadda biss kienu rrapportati 81,000 każ ġdid. L-esperti ewlieni tal-mard li jittieħed, Anthony Fauci, kellu kliem ta’ kritika fil-konfront tal-amminstrazzjoni ta’ Trump dwar il-mod biex mexxa f’din il-pandemija. Iż-żewġ kandidati rivali għandhom politika differenti fuq għadd ta’ punti kurċjali.

Dwar il-pandemija tal-Covid-19 fuq naħa Trump irid jiftaħ il-pajjiż b’mod sigur u qiegħed jenfasizza ħafna fuq l-iżvilupp tal-vaċċin filwaqt li Biden tkellem dwar l-importanza tal-maskli, testjiet b’xejn għal kulħadd kif ukoll ammont sostanzjali ta’ contact-tracing. 

Dwar it-tibdil fil-klima, Trump kompla jura x-xettiċiżmu tiegħu u qal li jrid ikompli jespandi l-enerġija mhix rinnovabbli filwaqt li kompla jinsisti li ma jerġax idaħħal il-pajjiż fil-Paris Climate Accord. Min-naħa l-oħra Biden qal li huwa immedjatament jerġa’ jdaħħal lill-pajjiż fil-ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li qal li jekk jiġi elett l-Istati Uniti se tkun qiegħda ġġib l-emissjonijiet għal żero sal-2050. 

Dwar l-ekonomija Trump wiegħed il-ħolqien ta’ 10 miljun post tax-xogħol f’10 xhur filwaqt li jkun hemm ekonomija li toħloq miljun negozju żgħir ġdid. Huwa saħaq dwar tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, u li jipprovdi tnaqqis fit-taxxi lill-kumpaniji biex b’hekk jibqgħu fl-Istati Uniti. Min-naħa l- oħra, Biden irid iżid it-taxxi lil dawk li jaqilgħu l-iktar u jinvesti fis-settur pubbliku. Huwa qal li t-taxxa se tolqot lil dawk li jaqilgħu iktar minn $400,000 fis-sena. Huwa jaqbel li l-paga minima tiżdied għal $15. 

Ekonomija

Sport