Saturday, September 6, 2025

Illum inkunu nafu min se jkun il-mexxej il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Illum hi l-aħħar ġurnata fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap ġdid Nazzjonalista bejn Alex Borg u Adrian Delia. Dan wara li fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, Grech irreżenja mill-kariga. 

Midja lokali rrapurtat li skont ċifri ppubblikati mill-PN innifsu, f’din l-elezzjoni interna huma eliġibbli li jivvotaw madwar 20,600 tesserat, li jammontaw għal 900 inqas imqabbel mal-aħħar elezzjoni ta’ Kap f’Ottubru tal-2020.

S’issa f’żewġ votazzjonijiet bikrija li saru l-ġimgħa l-oħra, ivvotaw b’kollox mal-40% tat-tesserati.

Matul il-ġurnata tal-lum, dan is-sit se jkun qed jaġġorna kontinwament l-andament tal-proċess. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport