Thursday, November 14, 2024

Illum issir ir-Regatta tal-Vitorja fil-Port il-Kbir

Aqra wkoll

Illum, fil-Port il-Kbir issir ir-Regatta tal-Vitorja, wara nuqqas ta’ sena minħabba l-pandemija tal-Co­vid-19.

Bħas-soltu, ir-Regatta se tkun maqsuma f’żewġ kate­goriji – dik Open u dik “B”. Barra minn hekk, se ssir tiġrija  tal-frejgantini tan-nisa li tiftaħ il-programm.

Fl-aħħar edizzjoni, dik tal-2020,  kienu Marsa li rebħu l-Aggregate Shield biex waqqfu l-monopolju ta’ Bormla li kienu ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi.

L-istess f’Kategorija B, wara tliet snin infila mirbuħa minn Bormla, l-aħħar edizzjoni ġiet mirbuħa minn Birżebbuġa li kien it-tieni suċċess tagħhom wara li kienu rebħu dik tal-2008. Huma kienu wrew supremazija meta rebħu erba’ tiġrijiet minn ħamsa … u b’vantaġġ ta’ 42 punt meta kisbu total ta’ 84 punt … id-doppju fuq l-eqreb rivali li kienu Bormla (42).

Din is-sena se jkun hemm tmien timijiet li se jieħdu sehem li jinkludu lil Birżebbuġa, Isla, Birgu, Marsamxett, Marsa, Kalkara u Siggiewi, b’dawn tal-aħħar ikunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom fejn se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha.

Interessanti wkoll huwa l-fatt li għall-ewwel darba, il-clubs kollha se jieħdu sehem fil-frejgatini tan-nisa.

L-ewwel tiġrija tibda fis-1.00 pm.

Ekonomija

Sport