Friday, November 15, 2024

Illum issir it-62 edizzjoni tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Aqra wkoll

Illum se  tiġi organizzata t-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjo­nali. 

Fl-aħħar jiem kienet għaddejja ħidma intensiva b’mod konġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta għall-edizzjoni ta’ din is-sena, li għal sena oħra se tkun qed tixxandar diretta fuq TVM News+, b’xandira li tibda fit-8.45 pm.

Il-votazzjoni ta’ din is-sena  diġà saret hekk kif il-membri tal-ġurija magħżula mill-Għaqda Ġurnalisti Sports tefgħu l-vot tagħhom il-Ħamis u r-riżultat tal-votazzjoni se jkun magħruf fis-se­rata finali.

B’kollox hemm tmien kategoriji standard li huma: 

SPORTIV TAS-SENA

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

THOMAS BORG – Paralimpiċi

GARY GIORDIMAINA – Wrestling

BEN PLUMPTON – Waterpolo

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Atletika)

SPORTIVA TAS-SENA

SUE ABELA – Ten Pin Bowling

CLAIRE AZZOPARDI – Long Jump (Atletika)

MYA AZZOPARDI – Għawm

ELEANOR BEZZINA – Target Shooting

YAZMIN ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

JAYDEN CUTAJAR – Waterpolo

KAYDEN LAGANÀ – Ten Pin Bowling

RICHARD SCHULTHEIS – Ibburdjar

KIJAN SULTANA – Squash

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Atletika)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

FRANCESCA CLARK – Badminton

CHERISE FARRUGIA– Żwiemel

SASHA GATT – Għawm

TENISHIA THORNTON – Weightlifting

TARA VELLA CLARK – Ġinnastika

COACH TAS-SENA

ANTHONY FARRUGIA – Waterpolo

JESMOND GIORDIMAINA – Wrestling

JIVKO JECHEV – Atletika

RODMAR PULIS – Weightlifting

RICK VOGELESANG – Ten Pin Bowling

UFFIĊJAL TAS-SENA

JULIAN BAJADA – Paralimpiċi

TERRY CAMILLERI – Billiards & Snooker

JESMOND CARUANA – Weightlifting

TRUSTIN FARRUGIA CANN – Football

BERNARD VASSALLO – Basketball

TEAM TAS-SENA

Billiards & Snooker – Team tal-Masters

Futsal – Team ta’ Luxol SA

Rugby – Team Nazzjonali Irġiel

Waterpolo – Team Nazzjonali U/15

Weightlifting – Timijiet imħallta

PEOPLE’S CHOICE AWARD

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

NOEL AQUILINA – Wheelchair Basketball

ANDY GRECH – Atletika

MAJA THEUMA – Paralimpiċi

TENISHIA THORNTON – Weightlifting

Fost il-mistednin tas-serata, mistenni jattendi wkoll il-Ministru responsabbli mill-Edukaz­zjoni, Sport, Żgħa­żagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onorevoli Clifton Grima, kif ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar.

Magħhom se jingħaqdu wkoll l-ogħla uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u anki żewġ mistednin speċjali tas-serata li huma l-viċi-pre­sident tal-AIPS (il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Midja Sportiva) Iannis Daras u anke l-president tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru Erodotos Miltiadous.

Ekonomija

Sport