Sunday, November 24, 2024

Illum issir it-tieni Assemblea Ġenerali tal-MFA

Aqra wkoll

F’lukanda ewlenija fil-Qawra, illum issir it-Tieni Assemblea Ġenerali (minn tlie­ta) tal-MFA … bl-ewwel waħda saret fit-12 ta’ April li għadda u t-tielet waħda hija skedata għal Novembru li ġej.

Dan hekk kif dawn it-tliet Assemblei Ġenerali ħadu post il-Laqgħa Ġenerali Annwali (AGM) li kienet issir ta’ kull sena f’Lulju.

L-Aġenda tal-Assemblea tal-lum tinkludi:

(i) Il-verifika tal-kompożizzjoni tal-laq­għa u tad-delegati intitolati għall-vot;

(ii) Approvazzjoni tal-Aġenda;

(iii) Approvazzjoni tal-Minuti tal-aħħar Assemblea Ġenerali li saret f’April li għadda;

(iv) Ħatra ta’ Skrutinieri;

(v) Preżentazzjoni u approvazzjoni tar-Rapport tal-Attivitajiet tal-Assoċjazzjoni għas-sena 2021/2022;

(vi) Elezzjoni tal-Membri Ordinarji tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni għas-sena 2022/2023, kif applikabbli;

(vii) Emendi għall-Istatut tal-Assoċjaz­zjoni;

(viii) Elezzjoni tal-membri tal-kumitati indipendenti, kif applikabbli;

(ix) Mozzjonijiet.

Il-laqgħa tintemm permezz ta’ diskors tal-president tal-MFA, Bjorn Vassallo.

Sport