Saturday, December 21, 2024

Illum it-tmiem tas-summit tal-OSCE…..stennijagħar-riżultati tan-negozjati li kien hemm

... il-pajjiżi determinati li jkomplu l-isforzu għall-paċi

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu is-summit tal-OSCE f’Ta’ Qali jidher li hu kwiet ħafna u dan hekk kif xi delegazzjonijiet telqu fosthom dik tar-Russja. Ilbieraħ filgħaxija u anke dalgħodu se jkomplu għaddejjin diversi laqgħat b’mod partikolari laqgħat bilaterali u li għandhom jiddeterminaw ir-riżultat ta’ dan is-summit.

Summit li qiegħed isir fi klima internazzjonali taħraq b’kunflitti li qegħdin jeskalaw fosthom dak tal-Ukrajna. Fost diversi membri ta’ delegazzjonijiet b’mod partikolari dawk fil-lvant tal-Ewropa u anke fost ġurnalisti barranin, id-diskussjoni kienet dwar l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna b’mod partikolari il-mod kif għadd ta’ qagħdiet militari Russi fin-nofsinhar ta’ Kurakhove inqerdu minn attakki u Ukreni u infetaħ dak li qed jitqies bħala kuritur f’art li kienet meħuda mir-Russja.

Id-deċiżjonijiet fis-summit tal-OSCE mhux dejjem huma faċli u dan għaliex iridu jittieħcdu b’konsensus.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport