Dalgħodu se jingħata bidu għall-ġuri tal-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti li miet fl-isptar sitt ijiem wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville.
Chetcuti, li sofra ġrieħi fl-istonku, kien allegatament attakkat minn eks impjegat tiegħu barra wieħed mill-istabbilimenti li kellu.
Fil-mument tal-attakk kien hemm diversi xhieda u filmat ta’ sorveljanza li rrekordja l-inċident.
Bojan Cmelik ta’ 35 sena mis-Serbia, qiegħed ikun akkużat bl-attakk fuq Chetcuti wara li l-Pulizija ġrew warajh minn Paceville sa tas-Sliema.
Dalgħodu se tingħażel il-ġurija u wara l-prosekuzzjoni mistennija tibda tippreżenta x-xhieda tagħha.