Ta’ kull sena, it-tieni ġimgħa ta’ Lulju toħloq stennija kbira fost l-istudenti li jkunu għamlu l-eżamijiet tal-MATSEC, għaliex ikun wasal il-ħin sabiex wara żmien ta’ studju u sagrifiċċji jaqtgħu l-frott ta’ dak li jkunu żergħu.
Matul il-jum tal-lum, l-istudenti li għamlu l-eżamijiet tal-MATSEC se jkunu qed jirċievu r-riżultati permezz ta’ messaġġ fuq il-mowbajl. Ir-riżultati bil-posta se jkunu qed jitqassmu minn għada, il-Ġimgħa, 15 ta’ Lulju. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Matsec stess.
Dan is-sit jawgura minn qalbu lill-istudenti kollha li se jkunu qed jirċievu r-riżultati fil-ħin li ġej.