Sunday, November 24, 2024

Illum jingħata bidu għall-Euro 2022 tan-Nisa

Aqra wkoll

Wara li ġie pospost sena minħabba l-Co­vid-19, il-Kampjonat Ewropew tan-Nisa tal-UEFA se jsir mil-lum l-Erbgħa, 6, sal-31 ta’ Lulju. It-tournament mistenni jikser ir-rekords tal-attendenzi. 

Is-sena l-oħra, il-football tan-nisa wassal tournament Olimpiku indimentikabbli.

Din is-sena, l-għajnejn kollha huma fuq l-Ewropa hekk kif il-Euro 2022 tan-Nisa tal-UEFA tant mistenni jibda fl-Ingilterra.

L-avveniment ġie pospost sena minħabba l-effett tal-pandemija tal-Covid-19.

Iżda din id-darba qed tieħu ċ-ċentru tal-palk, bil-logħba tal-ftuħ se tintlagħab f’Old Trafford, mibjugħ kollu. U se jikkonkludi f’Wembley Stadium fil-31 ta’ Lulju, b’folla oħra li tinbiegħ.

Mill-fażijiet tal-gruppi sal-fażi tan-knockout, l-istilel involuti, u kif tara l-azzjoni: hawn huma l-aqwa affarijiet li wieħed irid ikun jaf dwar il-Euro 2022.

Is-16-il team li kkwalifikaw b’suċċess għall-Euro ttellgħu f’erba’ gruppi differenti.

Kull team se jilgħab darba kontra xulxin matul il-fażi tal-gruppi, bl-aqwa żewġ timi­jiet minn kull grupp imbagħad jgħaddu għall-fażi tan-knock-out.

Jekk hemm ħaġa waħda li nafu dwar tournaments internazzjonali, hija li jistgħu jkunu imprevedibbli ħafna.

Il-Logħob ta’ Tokyo 2020, fl-2021, taw xhieda ta’ dan, bil-Kanada forsi ssorprendew lil ħafna hekk kif ħarġu bil-midalji tad-deheb imdendlin ma’ għonqhom, u l-Istati Uniti, minn fost il-favoriti, jieħdu l-bronż.

Din is-sena l-favoriti tat-tournament jinkludu lill-Isvezja, Spanja, l-Olanda, u l-ospiti, l-Ingilterra.

Fejn tidħol l-Isvezja, it-tieni fl-Olimpjadi – l-ogħla fost it-timijiet Ewropej – ipoġġihom fuq quddiem u fiċ-ċentru tal-konversazzjoni.

L-erba’ gruppi huma ffurmati hekk:

GRUPP A – Ingilterra, Norveġja, Awstrija, Irlanda ta’ Fuq.

GRUPP B – Ġermanja, Spanja, Danimarka, Finlandja.

GRUPP C – Olanda, Svezja, Svizzera, Portugall.

GRUPP C –Franza, Italja, Belġju, Islanda

L-ewwel logħba ta’ kull team hija:

Illum: 9.00 pm Ingilterra v Awstrija.

Għada: 9.00 pm Norveġja v Irlanda ta’ Fuq.

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju: 6.00 pm Spanja v   Finlandja; 9.00 pm Ġermanja v Danimarka.

Is-Sibt, 9 ta’ Lulju: 6.00 pm Portugall v Svezja; 9.00 pm Olanda v Svizzera.

Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju: 6.00 pm Belġju v Islanda; 9.00 pm Franza v Italja.

Il-logħob kollu se jintwerra dirett fuq TVM News+

Sport